Dwarna

Il-proġett Hypatia ġie maħluq biex jindirizza d-diskrepanza diġitali bejn il-ġeneri, kwistjoni kritika li ħafna drabi tiġi injorata f’politiki pubbliċi u programmi ta’ litteriżmu diġitali tradizzjonali. Il-proġett jiffoka fuq grupp li hu frekwentament inviżibbli u marġinalizzat, cioè, persuni li jagħmlu xogħol tad-dar, u nisa li jagħmlu xogħol mhux imħallas ta’ għoti ta’ kura minħabba responsabbiltajiet tal-familja. Dawn in-nisa mhux biss jaffaċċjaw diskriminazzjoni istituzzjonali u soċjali, iżda huma wkoll vulnerabbli għal ċertu forom ta’ vjolenza online, inkluż cyberbullying, diskors li jqanqal il-mibgħeda, body shaming, estorsjoni tramite s-sess, u pornografija ta’ vendetta.

L-Aħbarijiet l-Aktar Kurrenti

ITSFA Tospita Punt ta’ Fowkus ta’ HYPATIA biex Tippromwovi l-Inklużjoni Diġitali u l-Iżvilupp ta’ Ħiliet fost in-Nisa

IT Solutions For All organizzat Punt ta’ Fowkus ta’ HYPATIA f’Casa de la Juventud ta’ Alhaurín de la Torre fejn laqqgħet grupp ta’ parteċipanti żgħażagħ biex jesploraw riżorsi innovattivi ta’ tagħlim diġitali ddisinjati biex jappoġġjaw l-inklużjoni tan-nisa fid-dinja diġitali u jsaħħu kompetenzi ewlenin għall-futur. Waqt is-sessjoni, il-parteċipanti tgħallmu dwar il-proġett HYPATIA, l-objettivi tiegħu, u l-konsorzju Ewropew li qed jaħdem flimkien biex jippromwovi l-opportunitajiet indaqs permezz tal-edukazzjoni diġitali. Il-parteċipanti ġew murija wkoll il-pjattaforma tar-Riżorsi Edukattivi Miftuħa (OER) tal-proġett, disponibbli fuq www.hypatia-project.eu. Il-pjattaforma toffri materjali ta’ tagħlim aċċessibbli u b’xejn imfassla apposta għall-ħtiġijiet ta’ nisa li jixtiequ jtejbu l-ħiliet diġitali tagħhom. L-għan ta’ HYPATIA hu li jrawwem l-inklużjoni diġitali fost in-nisa billi jipprovdi opportunitajiet ta’ taħriġ prattiċi, aċċessibbli u orjentati fil-ħajja reali, liema opportunitajiet jagħtu s-setgħa lil kull min qed jitgħallem biex jużaw it-teknoloġija u jipparteċipaw fl-ekonomija diġitali b’mod kunfidenti. Il-Punt ta’ Fowkus kien jinkludi preżentazzjonijiet tal-moduli ta’ taħriġ ewlenin tal-proġett, fosthom: L-Intraprenditorja Diġitali L-Użu ta’ Għodod ta’ ICT fil-Ħajja ta’ Kuljum L-Użu tal-Intelliġenza Artifiċjali b’Kunfidenza Il-Pjattaforma Online ta’ Tagħlim Elettroniku Il-parteċipanti kellhom l-opportunità li jiskopru kif dawn ir-riżorsi ta’ taħriġ setgħu jappoġġjawhom fl-iżvilupp personali u professjonali tagħhom, jinkoraġġixxu l-innovazzjoni, u jgħinu biex jibnu l-kunfidenza fl-użu ta’ teknoloġiji diġitali. Is-sessjoni tat lok ukoll għal djalogu dwar l-importanza tal-inklużjoni diġitali u l-opportunitajiet li l-ħiliet diġitali jistgħu joħolqu għan-nisa fl-edukazzjoni, fl-impjieg u fl-intraprenditorja. Għal iktar informazzjoni dwar il-proġett HYPATIA, żur www.hypatia-project.eu. Dwar HYPATIA HYPATIA huwa proġett Ewropew bl-għan li jippromwovi l-inklużjoni diġitali għan-nisa u jkabbar kompetenzi ewlenin permezz ta’ programmi ta’ taħriġ innovattivi, prattiċi u aċċessibbli. Il-proġett għandu l-għan li jagħti s-setgħa lin-nisa biex jipparteċipaw b’mod attiv fis-soċjetà diġitali u fis-suq tax-xogħol billi jiġbor flimkien l-edukazzjoni diġitali, l-intraprenditorja u teknoloġiji emerġenti, bħalma hi l-Intelliġenza Artifiċjali.  

Aqra aktar

ITSFA tagħti s-setgħa lil Nisa Ikbar fl-Età Permezz ta’ Attivitajiet ta’ Inklużjoni Diġitali fi ħdan il-Proġett HYPATIA

Bħala parti mill-Proġett HYPATIA, It Solutions For All organizzat b’suċċess sessjoni ta’ Punt ta’ Fowkus li kienet tinvolvi grupp ta’ nisa ikbar fl-età. L-għan tas-sessjoni kien li jippromwovi l-inklużjoni diġitali u jikkontribwixxi għat-tnaqqis tad-diviżjoni bejn il-ġeneri fl-użu diġitali.  L-avveniment ipprovda lill-parteċipanti b’opportunità li jiskopru l-proġett HYPATIA, l-objettivi tiegħu, u l-konsorzju internazzjonali tal-organizzazzjonijiet Ewropej li qed jaħdmu flimkien biex jappoġġjaw l-għoti tas-setgħa diġitali lin-nisa. Il-parteċipanti ġew murija wkoll il-pjattaforma tar-Riżorsi Edukattivi Miftuħa (OER) tal-proġett, disponibbli fuq www.hypatia-project.eu. Il-pjattaforma toffri materjali ta’ tagħlim b’xejn maħsuba biex l-utenti jsaħħu l-kunfidenza fl-użu diġitali u l-ħiliet diġitali tagħhom. Waqt is-sessjoni, ITSFA ppreżentat il-programm ta’ taħriġ tal-proġett filwaqt li daret is-suġġetti ewlenin li qed isiru iżjed u iżjed rilevanti fil-ħajja ta’ kuljum u fl-iżvilupp personali, fosthom: Il-pjattaforma disponsibbli online ta’ tagħlim elettroniku L-Intraprenditorja Diġitali L-Użu ta’ għodod ta’ ICT f’attivitajiet ta’ kuljum L-Għarfien u l-Użu b’Mod Kunfidenti tal-Intelliġenza Artifiċjali  Il-Punt ta’ Fowkus ħoloq ambjent akkoljenti fejn il-parteċipanti setgħu jiddiskutu l-isfidi relatati mal-użu tat-teknoloġija, u jesploraw kif l-għodod diġitali jistgħu jappoġġjaw iżjed indipendenza, parteċipazzjoni u tagħlim fit-tul. Il-proġett HYPATIA għandu l-għan li jagħti s-setgħa lin-nisa billi jżidilhom il-kompetenzi diġitali, jibnilhom iżjed il-kunfidenza fihom nfushom, u joħloq opportunitajiet ġodda għall-iżvilupp personali, soċjali u professjonali f’soċjetà li miexja eqreb u eqreb lejn id-diġitalizzazzjoni. Għal iktar informazzjoni dwar il-proġett HYPATIA, żur www.hypatia-project.eu. Facebook: https://www.facebook.com/hypatiaeuproject/ YouTube: https://www.youtube.com/@Hypatia-project Email: hypatiaprojecteu@gmail.com     

Aqra aktar